PROFILE  
Profile | Photo Gallery | Electoral Districts
George Pullicino, B.E.&A.(Hons.), A.&C.E., M.P.
George Pullicino wieled f’tas-Sliema fl-1964. Hu temm l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta fejn studja l-arkitettura u speċjalizza fl-Ippjanar Urban. Hu pprattika ta’ Perit minn meta ggradwa fl-1990. Bejn l-1994 u l-1996 hu kien il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malta għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Fl-1980, George Pullicino kien elett fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Moviment Studenti Demokristjani Maltin, li fih eventwalment okkupa diversi karigi, fosthom dik ta’ President bejn l-1984 u l-1987. Bejn l-1981 u l-1982 hu kien ukoll il-President tal-Kumitat ta’ l-Istudenti tal-Liċeo l-Ġdid.
Fl-1987, is-Sur Pullicino kien elett Segretarju Generali tal-Moviment Zgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) Fl-1990 kien elett President tal-Moviment. Hy irrappreżenta l-MŻPN barra minn Malta f’bosta okkażjonijiet. Bejn l-1990 u l-1992 kien membru tal-Bord Eżekuttiv taż-Żgħażagħ Demokristjani Ewropej fejn kien responsabbli biex jiżviluppa l-politika ta’ din l-organizzazzjoni lejn pajjiżi membri li ma kienux jiffurmaw parti mill-Komunità Ewropea, kif ukoll il-politika ta’ l-ambjent.
George Pullicino ikkontesta l-Elezzjonijiet Ġenerali ta’ l-1992, 1996, 1998 u l-2003 f’isem il-Partit Nazzjonalista u kien elett għall-ewwel darba fl-1996.
Wara r-rebħa elettorali tal-Partit Nazzjonalista f’Settembru 1998, George Pullicino kien appuntat Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Intern u l-Ambjent. Fl-April 2003 hu tlaħħaq Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
George Pullicino hu miżżewweġ lil Maria Lourdes. Huma għandhom tifla, Mattea. |