My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

Tħawwil ta’ siġar bħala kumpens għall-karta uzata matul il-kampanja elettorali

 
Minsters
 

Il-Perit George Pullicino dan l-aħħar ħawwel 15-il siġra bħala kumpens għall-karta uzata tul il-kampanja elettorali tiegħu. Is-siġar tħawwlu fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali bħala parti mill-iskema 34U (Tree for You) u nħaddmu skond formula li kkunsidrat l-ammont ta’ materjal mibgħut minn Pullicino tul il-kampanja elettorali li għaddiet. Dan l-eżerċizzju ġie awdidjat minn erba’ persuni li kienu Dr. Christopher Ciantar, is-Sur Vincent Attard, Dr. Paul Pace u Ing. Stephan De Marco. George Pullicino qal li hu ried li l-kampanja elettorali tiegħu jkollha l-inqas, jew l-ebda impatt fuq l-ambjent. Hu qal li t-tixrid ta’ informazzjoni huwa prinċipju fundamentali fil-politika, speċjalment tul kampanja elettorali, pero enfasizza li jezistu metodi kif l-impatt negattiv fuq l-ambjent ikun imxejjen. Hu awgura li dan il-kunċett ta’ kumpens favur l-ambjent ikompli jinfirex u mhux biss fost il-politiċi imma anke fost setturi oħrajn tas-soċjeta’ u fost l-industrija. Il-Perit George Pullicino u l-familja tiegħu jawguraw il-Milied Ħieni u s-Sena t-tajba lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo