My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

FL-AĦĦAR ĦAMES SNIN IL-POPLU MALTI WETTAQ RIVOLUZZJONI FIL-MOD KIF JIMMANIĠĠJA L-ISKART TIEGĦU

 
Minsters
 

“Sa ftit snin ilu, l-immaniggjar ta’ l-iskart ma kienx jezisti,” qal il-Ministru George Pullicino. “Illum bl-għajnuna u l-kontribuzzjoni tal-pubbliku u entitajiet oħra, WasteServ irnexxiela timplimenta l-proġetti urgenti li evitaw milli jkollna kriżi f’dan il-qasam simili għal dik li qed tiġi ffaċċjata f’pajjiżi ġirien tagħna.

Il-Wasteserv għenet sabiex tbiddel il-kultura tal-poplu tagħna u tippromwovi attitudni pożittiva lejn l-immaniġġjar ta’ l-iskart, bl-għajnuna ta’ investiment ġdid, u billi ttaffi l-effetti tal-passat b’teknoloġiji moderni li jnaqqsu l-emissjonijiet għall-inqas livelli.”

Il-Ministru fakkar li ħames snin ilu konna għadna nitfgħu l-iskart kollu tagħna fil-miżbla tal-Magħtab, nużaw inċineraturi ta’ żmien il-qedem, anqas konna nafu x’inhu riċiklaġġ u ma kellna imkien fejn stajna narmu l-iskart goff.

“Illum għandna xenarju totalment differenti. Għandna mal-200 sit ta’ kontenituri għall-iskart magħżul, mal-200 sit ieħor fl-iskejjel tagħna, 3 facilitajiet għall-iskart goff, il-Material Recovery Facility topera fl-Impjant ta’ Riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin, inċineratur state-of-the-art, barrieri rijabilitati u engineered landfills operati skond in-normi Ewropej,” żied jgħid il-Ministru.

Hu żied jgħid li għalkemm sar ħafna xorta għad fadal ħafna xogħol xi jsir. “Il-pass li jmiss li diġa ħabbarna hu li ser tibda’ titħaddem skema ġdida ta’ ġbir ta’ skart riċiklabbli bieb bieb mill-ewwel t’April 2008,” qal il-Ministru.

Matul il-prezentazzjoni fiċ-Centru għall-Iskart Goff fl-Imriehel, iċ-Chairman tal-WasteServ Nick de Giorgio qal: “L-isfida kontinwa tal-kumpanija kienet dik li nbiddlu x-xenarju ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart minn theddida għal opportunità. B’sodisfazzjon ngħidu li qed jirnexxilna.”

“L-aktar haga difficli ghall-WasteServ kienet dik li tidentifika s-siti ghall-facilitajiet il-kbar u biex dawn jinħarġulhom il-permessi meħtiega għall-izvilupp u l-operat,” qal Ing Vince Magri, Kap Ezekuttiv ta’ WasteServ.

“Il-pajjizi l-kbar ta’ l-Ewropa kellhom diffikultajiet kbar biex għelbu n-NIMBY (Not in my Back Yard) Syndrome u konna nafu x’kien lest għalina fil-gżejjer zgħar tagħna,” qal l-Inġ Magri.

Waqt il-prezentazzjoni, WasteServ ħabbret ukoll li ser tkun qegħda tagħti parti mill-enerġija li ser tibda’ tipproduci mill-Impjant għat-Trattament ta’ l-Iskart f’Sant’Antnin f’Marsaskala lill-organizazzjoni filantropika Razzett tal-Ħbiberija, li tinsab qrib l-impjant. Għal din il-preżentazzjoni attenda wkoll Mark Sultana, li huwa l-General Manager tar-Razzett tal-Hbiberija.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo