My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

TIBDA IR-RIJABILITAZZJONI TA’ WIED BLANDUN – JITĦAWWLU L-EWWEL 1,000 SIĠRA

 
Minsters
 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li dan il-Wied sofra minn sfreġju qawwi meta fis-sebgħinijiet kienet ittieħdet deċiżjoni biex dan jinqasam fi tnejn ħalli tingħadda triq minn ġo nofsu. Biex jiġu ffrankati l-ispejjeż it-triq kienet inbniet fuq benniena u mhux fuq pont. B’hekk kienet saret ħsara kbira lill-ġeomorfoloġija ta’ dawn l-inħawi.

L-interventi li qed isiru issa ser isiru f’erba’ fażijiet, biex kemm jista jkun ma’ jkunx hemm tibdiliet f’daqqa fiha ekosistema tal-Wied. Fl-ewwel fażi, minbarra t-tħawwil tas-siġar tneħħa ħafna materjali li kien intefa abużivament f’dan il-wied tul is-snin. Minbarra skart tal-kostruzzjoni, dan il-materjal kien anke jinkludi partijiet ta’ karozzi u tankijiet tal-ħadid. Inħolqu wkoll żoni intenzjonati biex isiru picnics.

It-tlett fażijiet l-oħra jikkoncentraw fuq ir-restawr tal-korsa ta’ l-ilma u anke it-tneħħija ta l-ispeċi aljeni kollha b’mod gradwali waqt li jinżergħu siġar indiġeni li huma parti minn dan it-tip ta’ ekosistema bħal ma huma il-luq. F’dan il-wied jikber ukoll tip ta’ fungus relattivament rari fil-gżejjer Maltin u minħabba f’hekk qegħdin jitħallew xi zkuk ta sigar mejtin fuq il-post.

Dan il-wied kien wieħed minn erba’ żoni identifikati sabiex jiġu afforestati li ssemmew fil-budget li għadda. Wied Blandun hu l-ewwel wied, wara Wied Għollieqa li fih qed isiru afforestazzjoni u restawr b’mod sensittiv għall-ekologija eżistenti. Is-siġar li jitħawwlu fih ser jinkisbu permezz tal-Kampanja Tree 4 U. Intant il-kumpannija Skandinava Sunlife Style Resorts illum ħabbret li ser tagħti donazzjoni ta’ 24,000 lil Tree 4 U sa Ottubru tas-sena d-dieħla. F’diskors qasir ir-rappreżentanta ta’ din il-kumpannija ta’ l-ivjaġġar, is-Sinjorina Nina Stastny qalet li b’din id-donazzjoni Eden Lifestyle qed tintrabat li tħawwel siġra f’Malta għal kull turist li tibgħat lejn il-Mediterran f’dan il-perjodu. Dan qed isir sabiex tikkumpensa għall-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonu li jikkawża l-ivjaġġar bl-ajru. Il-Ministru Pullicino irringrazzja lil Eden Lifestyle għal din l-akbar donazzjoni li qatt saret lill-Kampanja Tree 4 U. Hu qal li din id-donazzjoni ser tkompli tagħti spinta lil din il-kampanja li diġa ġabret mas-56,000 fl-aħħar tliet snin. Hu qal li dawn is-siġar mogħtija minn Eden Lifestyle ser ikunu qed jiġu mħawwla f’Wied Blandun, f’sit ġdid ieħor fil-Madliena, filwaqt li 1,200 minnhom ser imorru għall-Buskett.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo