My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

INAWGURAT L-ISKATE PARK ĠDID F’TAL-QROQQ

 
Minsters
 

F’diskors qasir qabel il-ftuħ, il-Prim Ministru irrimarka li dan is-sit donnu kien magħmul għaż-żgħażagħ peress li jinsab tefa ta’ ġebla ‘l bogħod mill-Università u l-Junior College.

“Il-faċilitajiet li ġew inklużi fid-diżinn ta’ dan l-ispazju miftuħ biex ikunu pprattikati sports urbani bħall-BMX u skating jagħmluh wieħed pjuttost uniku għal pajjiżna. Huwa l-ħsieb tal-Gvern, iżda li joħloq żewġ faċilitajiet simili fil-futur qrib, kif ukoll indoor track tal-BMX,” qal il-Prim Ministru.

Hu saħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jipprattikaw dan l-isport f’ambjent nadif u sikur.

L-iSkate Park f’Tal-Qroqq ġie żviluppat wara li dan is-sit kien diġa beda jintuża għal dan it-tip ta’ sport mill-għaqdiet ta’ l-iskating u l-BMX.

Id-diżinn tal-faċilitajiet li nfetħu llum sar wara konsultazzjonijiet estensivi mal-Malta Skaters Union.

Għalkemm l-għan prinċipali ta’ dan il-park huwa li joffri faċilitajiet addattati għal min jipprattika l-iskating u l-BMX, ser iservi wkoll bħala post ta’ rikrejazzjoni għall-istudenti ta’ l-Università kif ukoll bħala post ta’ mistrieħ għar-residenti ta’ dawn l-inħawi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li sa sitt xhur ilu, is-sit li ninsabu fih illum ftit li xejn kien jispira s-sensi ta’ min jgħaddi minnu bil-mixi.

“Inħossni ixxurtjat ħafna li llum qiegħed f’dan l-istess post – li iżda issa ġie mibdul f’oasi ta’ rikrejazzjoni fil-qalba ta’ waħda mill-aktar żoni li tara attività f’pajjiżna,” qal il-Ministru.

Hu qal li minbarra li jieħu ħsieb ix-xogħol f’dan l-iskate park, fl-aħħar ġimgħat, il-Ministeru kien qiegħed jgħin ukoll lill-Malta BMX Association ittejjeb il-faċilità ta’ BMX track li għandha f’Pembroke.

Il-Ministru Pullicino temm billi rringrazzja lill-Prim Ministru, kif ukoll lil-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, talli dejjem emmnu u taw is-support neċessarju għal dan il-proġett.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo