My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

Ġerħa li qed tinbidel fi spazju ta’ rikrejazzjoni

 
Minsters
 

Il-proċess ta’ trasformazzjoni ta’ dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab f’dawn il-jiem laħaq mira importanti hekk kif sar il-landscaping tal-parti mill-miżbla li kienet tinsab l-eqreb ta’ Triq il-Kosta. Dan ix-xogħol ta’ tisbiħ qed isir bħala l-ewwel fażi tal-Proġett ta’ Rijabilitazzjoni tal-Magħtab. Waqt żjara li għamel fuq il-post mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino, il-Prim Minsitru, Dr. Lawrence Gonzi qal li fil-bidu ta’ din il-leġislatura, il-pajjiż kellu miżbla li kienet ġerħa ambjentali għal pajjiżna. Hu żied jgħid li huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalih li fi tmiem il-leġislatura il-Gvern ser ikun qed jibda jagħti lura lill-poplu miżbla rijabilitata li qed tinbidel fi spazju ta’ rikrejazzjoni. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li parti importanti mir-rijabilitazzjoni tal-miżbla kien it-trattament tal-gassijiet li joħorġu mill-miżbla.Għal dan diġa intefqu €4 miljuni mit-€8.8 miljuni li hemm allokati għal dan il-proġett. Hu żied jgħid li s’issa tħaffru aktar minn 90 bir għall-estrazzjoni tal-gass. Testijiet fil-laboratorju reċenti wrew li bejn 96% u 98% fil-mija tad-dijossini li qed joħorġu mal-gassijiet minn dawn il-bjar f’dawn il-gassijiet qed jinqerdu mis-sistema ta’ trattament. Il-Ministru spjega wkoll li biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti ta’ dawn l-inħawi, fil-ġimgħat li ġejjin ser jinħareġ tender biex isir ir-realignment tat-triq biex it-trakkijiet diretti lejn l-engineered landfill jibdew jgħaddu direttament mill-Coast Road. Il-landscaping li qed isir fuq parti mill-miżbla qed isir biex jitjieb l-appell estetiku billi jitħaddar il-post, jitnaqqsu l-intejjen li jista jkun għad fadal u jiġu stabilizzati l-islopes tal-miżbla billi jitħawwlu siġar u ħaxix. Fis-sit bħal issa qed jitħawwlu diversi arbuxelli indiġeni li jifilħu kemm għar-rh kif ukoll għas-salinità li hawn fl-arja ta’ dawn l-inħawi. Diġà tħawwlu ma’ l-2,100 arbuxell u ħxejjex oħra li kollha tkabbru fin-Nursery ta’ Wied Inċita. Żewġ speċi minn dawn – il-Golden Samphire (Xorbett) u l-Esparto grass (Halfa) qatt ma kienu għadhom tkabbru f’kwantajiet kummerċjali u qed jintużaw hawn għall-ewwel darba. Intant, diġa ġiet installata sistema ta’ irrigazzjoni biex dawn ikunu jistgħu jibqgħu jissaqqew fis-sajf.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo