My Blog

EMAILUPDATES

Email:
  Unsubscribe

JOINTHETEAM

Click here to fill out a registration form...

PHOTOGALLERY

View our photo gallery of past events.

NEWS

L-IMPJANT TA’ SANT ANTNIN JIBDA JOPERA MILL-AĦĦAR TA’ JANNAR

 
Minsters
 

Il-faċilitŕ modernizzata għall-Irkupru ta’ Materjal Riċiklabbli f’Sant Antnin ser tibda topera mit-28 ta’ Jannar.

Dan ħabbru il-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt żjara fuq is-sit f’Marsascala. Waqt iż-żjara tiegħu fl-impjant, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mil-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino, miċ-Chairman tal-Wasteserv Nick Degiorgio, l-Kap Eżekuttiv l-Inġ. Vince Magri u d-direttur ta’ l-ambjent fi ħdan il-Ministeru l- Ing. Christopher Ciantar. L-installazjoni ta’ l-ewwel fażi ta’ l-Impjant – il-Machenical Recycling Facility, li bdiet f’Ottubru 2007 issa kwazi lesta u l-ittestjar u l-commissioning ta’ l-MRF mistenni jibda fil-jiem li ġejjin.

L-Immodernizzar ta’ l-Impjant f’Sant Antnin qed isir b’investiment ta’ €27 miljun. 70% minn dawn jew €16 miljun se jitħalsu mill-fond ta’ koezjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja għas-snin 2004-2006. It-30% l-oħra ser jinħarġu mill-Gvern Malti. Ma dawn il-Gvern qed jinvesti €11 miljun oħra biex isiru ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni meħtieġa.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal “li bis-saħħa ta’ investiment f’teknoloġija moderna għall-immaniġġjar tal-iskart, il-Gvern qed iwettaq il-wegħdi tiegħu sabiex jiżgura kwalita’ ta’ ħajja u ambjent aħjar għall-familji Maltin kollha. F’dinja kontinwament tinbidel, il-bżonnijiet li l-għandna illum biex nimmanġġjaw aħjar l-iskart jiġġustifikaw id-deċiżjoniiiet għaqlin li kien ħa l-Gvern biex ittejjeb l-effiċjenza f’dan l-Impjant.”

Il-parti ta’ l-impjant li ser tibda taħdem fi ftit jiem oħra ser titratta 36,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli fosthom dak mill-bring-in-sites kull sena. L-Impjant li jitratta l-skart organiku li jiġi ġġenerat mid-djar għandu jkun jaħdem sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Din il-parti tal-Impjant se tittratta 35,000 tunellata ta’ skart muniċipali (imħallat tad-djar) kull sena biex b’hekk galadarba l-impjant ikun qed jopera b’mod sħiħ dan jitratta b’kollox 71,000 tunnellata ta’ skart fis-sena. L-impjant ser ikun qed jitħaddem fuq regoli ambjentali retti għal impjanti simili li jitħaddmu f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.

Mill-iskart organiku se tiġi ġġenerata enerġija elettrika minn gass qabel ma’ l-iskart jiġi mibdul f’kompost. Huwa maħsub li l-ammont ser ikun ekwivalenti għall-konsum ta’ 1,400 dar ta’ erba’ persuni. F’kelmtejn lil ġurnalisti preżenti, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li “l-Gvern qed jikkunsidra li din l-enerġija, kif ukoll enerġija simili minn impjanti oħrajn jibbenefikaw minnha dawk ir-residenti li joqogħdu fil-viċininazi immedjati ta’ dawn l-impjanti”.

Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp f’ Sant Antnin, il-Ministru Pullicino qal li għaddejjin taħdidiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Korpi Kostitwiti kollha sabiex titnhieda skema li taħseb sabiex jinġabar skart riċiklabbli minn wara l-bieb li għandha tikkumplimenta l-bring in sites . Dan l-iżvilupp qed iseħħ fid-dawl tal-ftehim li kienu laħqu l-korpi kostitwiti f’Novembru li għadda u li fih aċċettaw ir-responsabilita’ li jirriċiklaw dan il-materjal. Bis-saħħa ta’ dawn l-arranġamenti il-Ġvern ikun f’pożizzjoni aħjar biex jassigura sistema ambjentali sostenibbli li tipproteġi kontra l-impatt ambjentali tal-fliexken tal-plastic.

Il-Ministru Pullicino temm jgħid li l-interpretazzjoni tal-Kummisjoni Ewropeja - li l-proċess ta’ l-applikazzjoni tal-proġett ta’ Sant Antnin kien wieħed validu turi biċ-ċar il-ħidma għaqlija tal-Gvern u tafferma kemm kienu żbaljati dawk li pruvaw jgħidu mod iehor biex ifixxklu l-proċess.

 

Back to the news page

 


View More Endorsements

MRAE LogoPN Logo